Kors għall-Ġenituri fuq l-Ortografija tal-Malti

Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jistiednu lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel primarji jew sekondarji biex jattendu kors bl-isem L-Ortografija tal-Malti. Dan il-kors huwa mmirat għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-għarfien tagħhom fl-ortografija u jgħinu lil uliedhom fix-xogħol tal-Malti.

Il-kors se jsir fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCC), Triq Joseph Abela Scolaro, il-Ħamrun, (ħdejn l-iskola Marija Assunta tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca) mill-5:30pm sas-7:30pm fil-jiem li ġejjin:

5 ta’ Novembru 12 ta’ Novembru 19 ta’ Novembru 26 ta’ Novembru 3 ta’ Diċembru 10 ta’ Diċembru

Inħeġġu lill-ġenituri li jattendu l-kors iressqu d-diffikultajiet ortografiċi li jiltaqgħu magħhom huma u wliedhom, speċjalment meta jkunu qed jagħtuhom daqqa t’id id-dar, u jistaqsu l-mistoqsijiet li jkollhom. Huwa importanti li l-ġenituri jgħinu lil uliedhom jiktbu Malti tajjeb sa minn meta jkunu żgħar.

Dawk kollha li jixtiequ jattendu dan il-kors għandhom jibagħtu ittra elettronika b’isimhom u kunjomhom, in-numru tal-identità, l-indirizz postali u elettroniku tagħhom, lill-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti, is-Sur David Agius-Muscat, david.agius.muscat@ilearn.edu.mt sa nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru 2014. In-numru dirett tiegħu huwa 2598 2927.

Il-kors huwa bla ħlas u se jingħażlu l-ewwel ħamsa u għoxrin li japplikaw.

Min jattendi l-laqgħat kollha jingħata ċertifikat ta’ attendenza mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s